Il-LINGWA TAGĦNA - Our Language

Il-LINGWA TAGĦNA – Our language is the companion series of the journal ILSIENNA. Like the journal, IL-LINGWA TAGĦNA is published under the auspices of the International Association of Maltese Linguistics.

The companion series publishes monographs and collections of articles including festschrifts and memorial volumes as well as outstanding MA and PhD theses dedicated to all kinds of topics which are highly relevant to our understanding of the Maltese language and the linguistic landscape of Malta and its sister islands. The philosophy of GĦILM is to impose no restrictions as to theory and methodology of the contributions provided the submitted manuscripts meet the standards of the discipline involved.

The editors of IL-LINGWA TAGĦNA select the material according to the highest standards of our discipline. Submitted manuscripts are regularly peer-reviewed. The languages of publication are English (preferred), French, German, Italian and Maltese. All publications are accompanied by an abstract in English and a Maltese translation thereof. The companion series appears in variable intervals and different sizes. The first volume of IL-LINGWA TAGĦNA is scheduled for first quarter 2009. The prices for each volume are individual. Members of GĦILM are entitled to a 30% reduction.

IL-LINGWA TAGĦNA hija s-serje li takkumpanja l-ġurnal ILSIENNA. Bħall-ġurnal, is-serje “IL-LINGWA TAGĦNA tiġi ppubblikata taħt il-patroċinju tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija.

F’din is-serje jiġu ppubblikati monografiji u kollezzjonijiet ta’ artikli inklużi pubblikazzjonijiet onorarji (“festschrifts”) u volumi memorjali kif ukoll teżijiet tal-MA u tal-PhD eċċezzjonali ddedikati għal kull tip ta’ suġġett li huma rilevanti ħafna biex nifhmu l-lingwa Maltija u l-pajsaġġ lingwistiku tal-ġżejjer Maltin. Il-filosofija tal-GĦILM hi li ma timponi l-ebda restrizzjoni fuq it-teorija u l-metodoloġija tal-kontribuzzjonijiet sakemm il-manuskritti mressqa jkunu jilħqu l-istandards tad-dixxiplina kkonċernata.

L-edituri tas-serje “IL-LINGWA TAGĦNA” jagħżlu l-materjal skont l-aktar standards għoljin tad-dixxiplina tagħna. Il-manuskritti li nirċievu jiġu rreveduti regolarment minn esperti ugwali fil-qasam. Il-lingwi ta’ pubblikazzjoni huma l-Ingliż (ippreferut), il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Malti. Il-pubblikazzjonijiet kollha jkunu akkumpanjati minn sommarju bl-Ingliż u traduzzjoni tiegħu bil-Malti. Is-serje li takkumpanja l-ġurnal toħroġ minn żmien għal żmien f’daqsijiet differenti. L-ewwel volum ta’ “IL-LINGWA TAGĦNA” ħareġ fl-ewwel kwart tal-2009. Il-prezz ta’ kull volum ivarja minn volum għall-ieħor. Il-Membri tal-GĦILM huma intitolati għal skont ta’ 30 % fuq dan il-prezz.

Ghilm