Zum Hauptinhalt springen

Fejn ninsabu

L-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija hija bbażata fi Bremen (il-Ġermanja) fiċ-Ċentru tal-ilsien Malti fid-Dipartiment tal-Lingwistika tal-Università ta’ Bremen.

Indirizz tal-posta elettronika

ghaqdaprotect me ?!uni-bremenprotect me ?!.de

Indirizz

Malta-Zentrum

Fachbereich 10: Sprach- und Literaturwissenschaften

Bibliothekstraße

kaxxa postali 33 04 40

D-28344 Bremen

Ġermanja

Fejn ninsabu

Malta-Zentrum

Fachbereich 10: Sprach- und Literaturwissenschaften

Universitäts-Boulevard 11/13

Bini GW 2

Uffiċċju A 3540

D-28359 Bremen

Ġermanja

Lageplan GW2

Kif tasal l-Università ta' Bremen

Anfahrtsplan

Kif tasal hawn bil-karozza

Jekk ġej mit-triq ewlenija A 1, dur għal ġot-triq A 27 ħdejn il-“Bremer Kreuz” fid-direzzjoni ta’ Bremen / Bremerhaven. Imbagħad oħroġ mill-A 27 fil-punt tal-ħruġ imsejjaħ “Universität / Horn-Lehe” u suq lejn iċ-“Centrum / Universität”. Meta tasal fit-tieni salib it-toroq dur fuq il-lemin (għal ġol-“Universitätsallee”), u erġa’ dur fuq il-lemin (għal ġol-“Enrique-Schmidt-Str. ”). Tista’ tuża kemm il-parking tal-karozzi li qiegħed fl-apert (li jiswa 70 ċenteżmu kuljum) kif ukoll dak ta’ taħt l-art li hemm fil-bini GW 2 (li jiswa EUR 1.40 kuljum).

Kif tasal hawn bil-ferrovija

Oħroġ mill-istazzjon prinċipali min-naħa li tagħti għaċ-ċentru tal-belt (l-“Innenstadt”). It-taxis u t-trams jitilqu direttament minn quddiem l-istazzjon prinċipali. Jekk taqbad taxi lejn l-Università ta’ Bremen (Enrique-Schmidt-Str., bini GW 2), din għandha tiswik madwar EUR 10. Tiġik irħas jekk tivvjaġġa bit-tram. Aqbad it-tram nru 6 fid-direzzjoni tal-"Universität” u inżel fl-“Universität NW 1” jew fl-“Universität / Zentralbereich”. Mixja qasira minn ġol-parking tal-karozzi jew tul il-“Boulevard” twasslek sal-bini GW 2.

Kif tasal hawn bl-Ajru

Jekk taqbad taxi sal-Università ta’ Bremen tiġi tiswik madwar EUR 18. It-tram nru 6 jmur direttament mill-ajruport sal-Università. Tista’ tinżel jew fl-“Universität NW 1”, fl-“Universität / Zentralbereich”, jew fl-aħħar waqfa msejħa “Klagenfurter Straße”. Mixja qasira minn ġol-parking tal-karozzi jew tul il-“Boulevard” twasslek sal-bini GW 2.