Xogħol l-għaqda

L-għan ewlieni tal-GĦILM hu li tiffaċilita u tappoġġa r-riċerka dwar l-ilsien Malti billi tipprovdi konnessjoni bejn studjużi interessati fih li ġejjin mid-dixxiplini kollha tal-Lingwistika. Għandha t-tir li ssir punt ta’ kuntatt internazzjonali għal-lingwisti, t-tradutturi, l-istudenti u l-persuni l-oħra li jaħdmu bil-lingwa Maltija. Barra minn-hekk, qed nippruvaw nistabbilixxu l-istudju tal-Lingwistika Maltija bħala dixxiplina akkademika fiha nfisha. Il-ħolqien ta’ ċentri akkademiċi għar-riċerka u t-tagħlim tal-Malti se jkun għan ieħor tal-GĦILM fil-ġejjieni.