Zum Hauptinhalt springen

ILSIENNA - Our Language

ILSIENNA – Our Language huwa l-ġurnal ġdid fjamant tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija li huwa rrevedut minn esperti ugwali fil-qasam. F’dan il-ġurnal ġdid tant mistenni fis-suq tal-ġurnali lingwistiċi jiġu ppubblikati artikli u evalwazzjonijiet akkademiċi li huma direttament relatati mas-suġġetti tal-Lingwistika Maltija (inklużi lingwi apparti l-Malti li jagħmlu parti mill-pajsaġġ lingwistiku Malti).

Il-ġurnal “ILSIENNA” jipprovdi l-ewwel forum iddedikat għall-ispeċjalisti tal-Malti u għal-lingwisti li l-proġetti tagħhom jinkludu l-Malti u/jew il-lingwi ta’ Malta biex ikunu jistgħu jaqsmu l-ideat tagħhom bejniethom mingħajr ma jkollhom joqogħdu jgħaddu mis-soltu triq tal-Filoloġija Orjentali jew ta’ dixxiplini oħra. L-attivitajiet tal-għaqda l-ġdida GĦILM juru li l-Malti għandu ħafna x’joffri lil-lingwistika u b’hekk jistħoqqlu ġurnal riservat esklussivament għalih u għal kwistjonijiet relatati mill-qrib miegħu.

Il-kumitati editorjali u ta’ konsultazzjoni jospitaw rappreżentanti tal-Lingwistika Maltija li huma magħrufin internazzjonalment, li l-esperjenza tagħhom, flimkien mal-proċedura regolari tar-reviżjoni tad-dokumenti mressqa minn esperti ugwali fil-qasam, tiżgura l-pubblikazzjoni ta’ materjal ta’ kwalità għolja.

Il-lingwisti ta’ kwalunkwe twemmin huma ġentilment mitluba jibagħtu l-manuskritti tagħhom dwar il-Malti lill-ġurnal “ILSIENNA”. Il-ġurnal jaċċetta kontribuzzjonijiet fl-oqsma kollha ta’ interess, minn dawk dwar il-grammatika deskrittiva sinkronika (il-fonetika, il-fonoloġija, il-morfoloġija, is-sintassi, il-lessiku, eċċ.) sa dawk dijakroniċi, u minn dawk dwar is-soċjolingwistika (inkluża d-djalettoloġija) u l-kuntatt lingwistiku sa dawk dwar il-psikolingwistika, il-lingwistika klinika, it-tfassil tal-lingwa, it-traduzzjoni u bosta suġġetti oħra.

Il-ġurnal joħroġ darba fis-sena u jkun twil 120 sa 160 paġna. Kull edizzjoni jkun fiha bejn erba’ u tmien artikli akkademiċi kif ukoll taqsima ta’ evalwazzjoni tal-istudji. L-unika lingwa ta’ pubblikazzjoni hija l-Ingliż. L-artikli jkollhom taqsira bl-Ingliż li jkun hemm traduzzjoni tiegħu bil-Malti. L-ewwel edizzjoni tal-ġurnal “ILSIENNA” ħarġet fl-ewwel kwart tal-2009. L-abbonament huwa ta’ EUR 25 fis-sena (dan hu prezz speċjali għall-membri; il-prezz huwa ta’ EUR 30 għal min mhuwiex membru, Hemm ukoll serje oħra bit-titlu ta’ “IL-LINGWA TAGĦNA – Our language” li toħroġ kull tant żmien, iżda din mhix inkluża fl-abbonament.

 

EditurThomas Stolz
Assistent EditurConny Stroh
Editur ReviżurJoseph Brincat
Bord EditorjaliBernard Comrie, Ray Fabri, Beth Hume, Manwel Mifsud, Martine Vanhove
Bord KonsultattivAlbert Borg, Antoinette Camilleri-Grima, Sandro Caruana, Martin Haspelmath, Mauro Tosco, Adam Ussishkin
PubblikaturUniversitätsverlag Dr. Norbert Brockmeyer
Postfach 10 04 28
D-44704 Bochum
Germany
ISSN1866-6256